Ċifri tal-Eurostat juru li sal-aħħar ta’ April li għadda, Malta kellha l-ħames l-inqas rata ta’ qgħad fost il-pajjiżi kollha tal-Unjoni Ewropea.
Iċ-ċifri tal-Eurostat juru li r-rata ta’ qgħad f’Malta kienet ta’ 3.5 fil-mija, kważi n-nofs tal-medja Ewropea li kienet ta’ 6.4 fil-mija. L-Ungerija, l-Olanda, il-Ġermanja u r-Repubblika Ċeka kienu l-uniċi pajjiżi li kellhom rata ta’ qgħad inqas minn Malta.
Min-naħa l-oħra, il-Greċja, Spanja u l-Italja kellhom l-ogħla rati ta’ qgħad fl-Unjoni Ewropea.
L-istatistika tal-Eurostat turi wkoll li Malta kellha fost l-inqas rati ta’ qgħad fost iż-żgħażagħ taħt il-25 sena.