‘Kulħadd jaf min ġab il-bidla favur l-ugwaljanza’ – il-PL – One News

Notifiki

‘Kulħadd jaf min ġab il-bidla favur l-ugwaljanza’ – il-PL

Fi stqarrija, il-Partit Laburista saħaq li huwa ironiku li l-Partit Nazzjonalista ħareġ żewġ stqarrijiet f’ġurnata jitkellem fuq id-drittijiet ta’ persuni LGBTIQ+. Dan meta ma lissinx kelma waħda meta ftit ġimgħat ilu Malta reġgħet klassifikat l-ewwel fid-dinja għad-drittijiet u l-inklużjoni ta’ persuni LGBTIQ+.

Il-kompla billi qal li l-istqarrijiet tal-Partit Nazzjonalista għandhom biss xamma ta’ opportuniżmu ta’ min it-track record tiegħu wera li qalbu ma kinetx fil-post it-tajjeb kull meta ġejna biex nieħdu deċiżjonijiet fuq kwistjonijiet ta’ ugwaljanza.

Temmu billi qalu li f’Malta u lil hinn kulħadd jaf min għandu kredibbiltà fuq is-suġġett, min ġab il-bidla u min din il-bidla rreżistiha.

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend