Trump mistenni jibda żjara ta’ tlett ijiem fir-Renju Unit – One News

Notifiki

Trump mistenni jibda żjara ta’ tlett ijiem fir-Renju Unit

Dalgħodu, l-president tal-Istati Uniti, Donald Trump mistenni jasal ir-Renju Unit għal żjara statali ta’ tlett ijiem. Ir-Reġina mistennija tilqa’ lill-President Trump u martu, Melania Trump f’Buckingham Palace illejla.

Fl-istess waqt tul din iż-żjara, mistennija protesti fosthom f’Londra, Manchester, Belfast, Birmingham u Nottingham. Qabel iż-żjara, Trump qal ma’ The Sun li kien se jappoġġja lil Boris Johnson biex ikun il-Prim Ministru ġdid tar-Renju Unit. Qal ukoll li Nigel Farage għandu jkun involut fin-negozjati tal-gvern biex ir-Renju Unit jitlaq mill-Unjoni Ewropea.

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend