Ffirmar ta’ ftehim storiku bejn l-Arkivji Nazzjonali ta’ Malta u l-Awtorità tal-Artijiet – One News

Notifiki

Ffirmar ta’ ftehim storiku bejn l-Arkivji Nazzjonali ta’ Malta u l-Awtorità tal-Artijiet

Illum it-Tnejn huwa jum storiku għall-Arkivji Nazzjonali ta’ Malta hekk kif ġie ffirmat ftehim biex parti mill-art li fiha se jkun hemm il-Park Nazzjonali f’Ta’ Qali, fl-istess art fejn kien hemm il-fabbrika tas-cement mibnija b’mod illegali, tgħaddi għand l-Arkivi Nazzjoanli ta’ Malta biex fiha jinbena l-bini għall-arkivji modern. Dan il-ftehim sar fil-ġimgħa ddedikata għall-arkivji internazzjonali, din is-sena t-tema hija id-disinn tal-arkivji fis-seklu 21.

Il-Kap eżekuttiv tal-Arkivji nazzjoanli ta’ Malta, Charles Farrugia, qal li l-Arkivji Nazzjoanli ilu għal dawn l-aħħar għaxar snin juri x-xewqa li jkun hawn bini wieħed li jakkomoda l-bżonnijiet li jirrekjdi biex jinħażnu bl-aħjar mod l-arkivji. Is-Sur Farrugia qal li l-bini jirrikjedi aktar ħsieb milli xogħol fiżiku, fejn infatti qed jiffukaw fuq binjiet li inbnew fl-aħħar għaxar snin madwar l-ewropa filwaqt li jistaqsu l-esperti biex il-binja tkun state-of-the-art, fosthom qed jaraw l-arkivji nazzjonali tal-Estonia, Franza, d-Danimarka u l-Olanda. Mill-Olanda ġabu wkoll pjanti u esperti, filwaqt li ma jeskludux li jużaw dawn il-pjanti bħala mudell għal Malta.

Minkejja li l-arkivji huma mxerrda f’postijiet storiċi, dawn il-postijiet mhumiex atrezzati biżejjed biex jaħżnu l-arkivji, tant li l-bżonn li jkun hemm post wieħed għall-ħażna tal-arkivji ilu jinħass mis-sena 1919.

Il-Minsitru Ian Borg qal li dan il-proġett huwa wieħed sinifikanti għal Malta filwaqt li se jkun f’post ċentrali u f’post miftuħ, imħabbar mill-Prim Ministru waqt il-kampanja eletorali tal-ewro parlamentari u l-Kunsilli Lokali, u modern li jgħolli l-livell.

Is-Segretarju Parlamentari, Chris Agius, qal li l-arkivji nazzjonali mhux biss jagħtu stampa ċara tal-imgħoddi, imma wkoll dokumentazzjoni importanti li jagħtu detalji li jgħinu anke fi proġetti infrastrutturali preżenti. Apparti minn hekk huma wkoll dokumentazzjonijiet ta’ dak li ħallewlna missirijietna.

Il-Ministru Everist Bartolo, li kien hu li ressaq din l-idea ‘l quddiem, qal li dan il-proġett mhuwiex dwar il-passat imma dwar il-futur. Huwa semma wkoll is-sinifikat kbir li għandu għaliex fl-aħħar se jkolna post adekwat iżda anke li se jsir fi spazju miftuħ u li anke se jibbenefika lir-riċerkaturi.

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend