Żewġ persuni arrestati wara serqa fil-Fgura – One News

Notifiki

Żewġ persuni arrestati wara serqa fil-Fgura

Il-Pulizija arrestat żewġ persuni – x’aktarx ta’ nazzjonalità barranija – wara allegat serqa minn residenza fi Triq San Ġwann fil-Fgura.

Il-każ seħħ is-Sibt filgħaxija għall-ħabta tad-21:30.

Sorsi qalu ma’ one.com.mt li l-arresti saru mill-Pulizija tar-Rapid Intervention Unit wara sejħa li kellhom dwar din is-serqa.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend