Il-kandidat Għawdxi Kevin Cutajar talab lis-Segretarju Ġenerali tal-Partit Nazzjonalista Clyde Puli biex jinvestiga l-allegazzjonijiet li saru minn Mark Anthony Sammut meta ddikjara li r-riżultat tal-Eżekuttiv Nazzjonalista biex jimtela s-siġġu ta’ Stellini kien wieħed ivvizzjat.
Dan għax fil-lista tal-membri tal-Eżekuttiv kien hemm David Stellini li tilef id-dritt tal-vot wara r-riżenja tiegħu minn deputat u David Camillieri bħala teżorier li kellu dritt biss jattendi għall-eżekuttiv mingħajr dirtt ta’ voti.
Minkejja dan, tniżżel fil-lista ta’ votanti eliġibbli li ħarġet is-Segreterija tal-Partit, jiġifieri minn Jean Pierre Debono.
B’reazzjoni, Cutajar kiteb li wara l-iżviluppi tal-lum dwar il-vot li ttieħed ilbieraħ fl-eżekuttiv tal-PN, bagħat email lis-Segretarju Ġenerali Clyde Puli, fejn talab lill-PN jinvestiga l-allegazzjonijiet li saru u sakemm jiġi ċċarat x’ġara, jitwaqqaf il-proċess biex Jean Pierre Debono jimla s-siġġu Parlamentari t’Għawdex.
http://www.one.com.mt/2019/06/02/esklussiva-jean-pierre-debono-mistenni-jcedi-s-siggu-minhabba-irregolaritajiet/
http://www.one.com.mt/2019/06/02/jakkuzaw-lil-debono-li-baghbas-il-lista-tal-ezekuttiv-biex-jirbah-is-siggu-ta-stellini/