Ċiklist ta’ 65 sena minn Marsaskala ndarab gravi f’inċident fil-Gudja.
Illum, għall-ħabta tas-6:05 ta’ filgħodu fi Triq l-Avjazzjoni, il-Gudja.
Il-Pulizija tad-Distrett marru minnufih fuq il-post fejn minn stħarriġ preliminari li sar irriżulta li għal xi raġuni kien seħħ impatt bejn ċiklist ta’ 65 sena, residenti Marsaskala u vettura tal-għamla Ford Transit misjuqa minn raġel ta’ 51 sena, residenti Ħ’Attard.
Fuq il-post issejħet ambulanza li ħadet liċ-ċiklist l-Isptar Mater Dei sabiex jingħata l-kura meħtieġa.
Aktar tard, il-vittma ġie ċċertifikat li qed isofri minn ġrieħi ta’ natura gravi.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.