Żagħżugħ iweġġa’ gravi b’mutur fi Triq il-Kosta – One News

Notifiki

Żagħżugħ iweġġa’ gravi b’mutur fi Triq il-Kosta

Żagħżugħ t’20 sena li jgħix Imsida weġġa’ gravi wara inċident bil-mutur.

Fi stqarrija l-pulizija qalet li għal ħabta tal-erbgħa u għoxrin ta’ wara nofsinhar kienet infurmata li fi Triq il-Kosta fin-Naxxar seħħ inċident.

Jidher li ż-żagħżugħ li kien qed isuq mutur tat-tip Kawasaki tilef il-kontroll u waqa’.

Ambulanza ħadet lir-raġel l-isptar Mater Dei għall-kura, fejn ġie ċċertifikat li qiegħed isofri minn ġrieħi gravi.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend