ARA: L-Angelus u l-bars raġuni għat-telfa – One News

Notifiki

ARA: L-Angelus u l-bars raġuni għat-telfa

Il-Partit Nazzjonalist għadu mhux ċert jekk jagħmilx rapport tat-telfa, iżda l-uffiċjali tiegħu qed jitkellmu fil-miftuħ dwar x’jaħsbu li huma r-raġunijiet biex intilfu l-elezzjonijiet tal-Parlament Ewropew u l-Kunsilli Lokali.

Fost oħrajn issemmew il-bars tal-każini u issa anke l-ħin ta’ x’ħin jixxandar l-Angelus fuq l-istazzjon tar-radju tal-Partit Nazzjonalista.

Kien il-Viċi-Kap tal-PN, David Agius, li fuq ir-radju tkellem dwar dan.

“Hawn min jgħidlek li mhix raġuni valida għaliex ma tivvotax lil PN għax l-Angelus m’għadux f’nofsinhar imma issa qed wara l-aħbarijiet. Imma dawn in-nies hekk ħassew.”

David Agius ħass li din tal-angelus kellu jemfasizza iktar minn darba. Ma kienx kumment ta’ darba u daqshekk.  Waqt li kien qed jipprova jikkonsla l-partitarji reġa’ qal hekk.

“Jaffetwa iva li jridu lAngelus qabel nofsinhar u  mhux wara.”

Qablu kien diġa’ tkellem Clyde Puli fuq in-NET li qal li jista’ jkun li l-Partit Nazzjonalista tilef il-voti minħabba l-bar tal każini.

“Meta l-każin joħroġ tender u jieħdu A flok B ovvjament aħna ngħażluh fuq min jagħtina l-aħjar. L-iktar fondi. Ikun hemm min jurta ruħu.”

Ta’ QabelLi Jmiss
F’dan il-blog Aleander Balzan se jkun qiegħed jikteb ħsibijietu dwar temi differenti li jkunu għaddejjin f’pajjiżna; mill-politika għal temi soċjali u oħrajn kontroversjali. Min jaf lil Aleander jaf li huwa dritt għal punt u dak li għandek tistenna f'dan l-ispazju. Huwa gradwa fl-Istudji Ewropej, il-Komunikazzjoni u l-Politika mill-Università ta’ Malta

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend