BIL-FILMAT: Mark Anthony Sammut jirreżenja minn President tal-Eżekuttiv tal-PN – One News

Notifiki

BIL-FILMAT: Mark Anthony Sammut jirreżenja minn President tal-Eżekuttiv tal-PN

Mark Anthony Sammut irrizenja minn President tal-Kumitat Ezekuttiv tal-Partit Nazzjonalsita.

Ftit tal-ħin wara li bdiet laqgħa taħraq tal-ezekuttiv li matulha ġie deċiż li Jean Pierre Debono jieħu s-siġġu ta’ David Stellini, Mark Anthony Sammut qal lill-membri tal-ezekuttiv li se jirrizenja mill-kariga.

Minkejja, dan l-Kap Nazzjonalista Adrian Delia talab vot ta’ fiduċja f’Mark Anthony Sammut. Anki jekk l-ezekuttiv wera fiduċja fih, huwa ma riedx jaf u rrizenja mill-kariga.

Kien għal ħabta tas-sagħtejn neqsa għaxra, meta Sammut ħareġ mid-dar ċentrali u indirizza lill-ġurnalist.

F’messaġġ ċar Sammut qal li Adrian Delia u t-tmexxija tal-Partit Nazzjonalista għandhom jerfgħu r-responsbilità politika talli wasslu l-Partit Nazzjonalista għall-ikbar telfa elettorali li ġarab fl-istorja tiegħu, u saħansittra tilef it-tielet siġġu fil-Parlament Ewropew.

“Id-diċenza u responsabilita politika titlob reazzjoni waħda. Huwa ċar li dan ir-riżlutat ikisser kull mandat  u awtorità li kellha din l-aministrazzjoni biex tmexxi l-partit. Ħdejn l-isfiduċja ċara li ingħatajna mill-elettorat.”

Sammut qal li għalkemm hu ma kellu l-ebda sehem fil-kampanja elettorali li waslet għall-ikbar telfa elettorali, xorta ħass li għandu jerfa’ r-responsbailita politika.

“Għalkemm ma kelli l-ebda sehem u ma kont nvolut la fit-tfassil ta strategija u fil-kampanija u minkejja li ingħatajt vot ta’ fiduċja ħassejt li għandi nerfa’ responsabbiltà.”

Il-Partit Nazzjonalista jinsab fi stat maqsum bejn il-fazzjoni ta’ Delia u l-fazzjoni ta’ Simon Busuttil. B’ Mark Anthony Sammut tkellem dwar il-klima ta’ biza li hemm fil-Partit Nazzjonalista.

“Fil-partit hemm klima li kulħadd jibża’ jitkellem. U nħoloq ambjent fejn minn jien jitkellem jiġi mgħajjar traditur.”

Huwa appella lil Adrian Delia, sabiex ma jibqax marbut mas-siġġu u jerfa r-responsabilita quddiem dan l-agħar rizultat li kiseb l-Partit Nazzjonalista.

“Nappella biex dawk li għandhom resp ikbar, jimxu fuq l-eżempju tiegħu. Quddiem l-agħar riżultat mill-gwerra l hawn jippermetu l-partit jimxi l-quddiem b’serenità.”

“Dan hu l-mument fejn jew nuru li aħna marbutin mas-siġġu tagħna biex niservaw bil-partit jew nservu l-partit.”

Anki meta mistoqsi mill-ġurnalisti, Mark Anthony Sammut qal li Adrian Delia u t-tmexxija tal-Partit għandhom jinsew l-appoġġ li ngħataw mit-tesseratti u jerfgħu r-responsabilita politika.

“Taħseb li għandu jirrizenja Adrian Delia u Clyde Puli ? Naħseb għamiltha ċara li quddiem l-isfiduċja tal-elettorat , il-fiduċja tal-kunsill ġenerali isir irrilevanti.”

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend