DIRETT: Jibda l-proċess tal-għadd tal-voti tal-aħħar 23 lokalità – One News

Notifiki

DIRETT: Jibda l-proċess tal-għadd tal-voti tal-aħħar 23 lokalità

22:00 – F’kumment fuq il-programm imxandar fuq ONE, 2505, il-Prim Ministru qal kif il-PL kiseb rebħa storika fl-elezzjonijiet tal-Kunsilli Lokali b’distakk ta’ 47,000.

‘Il-PL b’rebħa storika fl-elezzjonijiet tal-Kunsilli Lokali b’distakk ta’ 47,000′ – il-PM

Il-Prim ministru Joseph Muscat, qal kif il-Partit Laburista kiseb 58% tal-vot li jfisser distakk ta’ 18%, jiġifieri 47,000 vot li huma rekord. Dr. Muscat qal kif dan is-suċċess kien possibbli permezz ta’ ħidma sfieqa b’tim dedikat li ħadem qatigħ matul din il-kampanja elettorali.

20:40 – Il-PL kiseb il-maġġoranza fil-lokalità ta’ Santa Luċija.

FILMAT: Il-PL jikseb il-maġġoranza f’Santa Luċija

Il-Partit Laburista kiseb il-maġġoranza fil-lokalità ta’ Santa Luċija. Għal din il-lokalità ġiet eletta Charmaine St John. Il-PL kiseb erba’ siġġijiet; Charmaine St John, Frederick Cutajar, Terrence Ellul u Kylie D’Amato filwaqt li f’isem il-PN ġie elett Liam Sciberras.

Il-Partit Laburista kiseb il-maġġoranza fil-Ħamrun.

FILMAT: Il-Partit Laburista b’maġġoranza fil-Ħamrun

Fil-lokalità tal-Ħamrun, il-Partit Laburista kiseb il-maġġoranza. F’isem il-PL ġew eletti ħames kandidati filwaqt li f’isem il-PN ġew eletti żewġ kandidati. Għal din il-lokalità ġie elett Sindku Christian Sammut.

Il-Partit Laburista kiseb il-maġġoranza fil-lokalità ta’ Ħal Qormi

FILMAT: Il-Partit Laburista f’maġġoranza f’Ħal Qormi

Il-Partit Laburista kiseb il-maġġoranza tal-voti fil-lokalità ta’ Ħal Qormi. F’din il-lokalità ġie elett Sindku Renald Falzon bil-PL eleġġa seba’ kandidati filwaqt li f’siem il-PN ġew eletti erba’ kandidati.

Il-PN kiseb il-lokalità tan-Naxxar fejn ġiet eletta Sindku Anne Marie Muscat Fenech Adami.


20:38 – Fi tweet il-Prim Ministru qal kif fit-tielet jum tal-għadd tal-voti tal-Kunsilli Lokali, il-Partit Laburista reġa’ kiseb lura l-maġġoranza fil-Mosta u rebaħ għall-ewwel darba l-lokalità fis-Siġġiewi.

20:37 – Il-Partit għall-ewwel darba kiseb il-maġġoranza tal-voti fis-Siġġiewi.

Il-PL jirbaħ għall-ewwel darba l-maġġoranza tal-voti fis-Siġġiewi

Għall-ewwel darba, il-Partit Laburista kiseb il-maġġoranza tal-voti fil-lokalità tas-Siġġiewi. Aktar dettalji fil-ħin li ġej…

Il-PN kiseb il-lokalità ta’ Ħ’Attard fejn ġiet elett Sindku Stefan Cordina.

Il-PL kiseb il-maġġoranza fil-lokalità tal-Mosta fejn ġiet eletta Romilda Baldacchino Zarb.

Il-Partit Laburista b’maġġoranza fil-Mosta – Romilda Baldacchino Zarb eletta Sindku

Il-Partit Laburista kiseb il-maġġoranza fil-lokalità tal-Mosta. Lokalità li kienet qed titmexxa mill-Partit Nazzjonalista. Eletta Sindku hi Romilda Baldacchino Zarb. Aktar

Il-PN kiseb il-maġġoranza fil-lokalità tal-Għargħur.

Fil-lokalità taż-Żebbuġ Għawdex, il-Partit Laburista kiseb il-maġġoranza ta’ voti.

20:20 – Il-Partit Laburista kiseb il-maġġoranza fil-lokalità ta’ Ħal Kirkop.

Il-PL b’maġġoranza f’Ħal Kirkop – Terence Agius elett Sindku

Iż-żagħżugħ Terence Agius għal darb’oħra ġie elett Sindku tal-lokalità ta’ Ħal Kirkop. Il-Partit Laburista eleġġa tliet kandidati; Terence Agius, Joseph Schembri, Ritienne Caruana filwaqt li f’isem il-PN ġew eletti John Luke Cassar u Cody Galea.

Il-PL kiseb il-maġġoranza wkoll f’Ħal Luqa.

Il-PL b’maġġoranza f’Ħal Luqa – John Schembri elett Sindku

Il-Partit Laburista kiseb il-maġġoranza fil-lokalità ta’ Ħal Luqa. Għal din il-lokalità ġie elett Sindku, John Schembri. Għall-PL l-kandidati eletti nsibu lil John Schembri, Donald Cassar, Eric Camilleri, Kearon Bruno u Lucia Massa filwaqt li f’isem il-PN ġew eletti Frederick Aquilina u Victor Caruana.

20:10 – Il-PL kiseb il-maġġoranza wkoll fil-lokalità tal-Gżira.

Il-PL b’maġġoranza fil-Gżira – elett Conrad Borg Manché

Il-Partit Laburista kiseb il-maġġoranza fil-lokalità tal-Gżira. Elett Sindku għal din il-lokalità nsibu lil Conrad Borg Manché. F’isem il-PL ġew eletti erba’ kandidati filwaqt li f’isem il-PN ġew eletti tliet kandidati.

Il-Partit Laburista kiseb il-maġġoranza wkoll f’Ħal Safi.

Il-PL b’maġġoranza f’Ħal Safi

Il-Partit Laburista kiseb il-maġġoranza fil-lokalità ta’ Ħal Safi. Elett Sindku għal din il-lokalità nsibu lil Johan Mula. Il-PL żamm il-maġġoranza bi tliet siġġijiet filwaqt li l-PN kiseb żewġ siġġijiet. F’isem il-PL nsibu eletti lil Johan Mula, Janice Azzopardi u Francis Callus filwaqt li f’isem il-PN nsibu lil Joanna Abdilla u Pupull Abdilla.

19:50 – Il-Partit Laburista kiseb il-maġġoranza fil-lokalità tal-Imtarfa.

Il-Partit Laburista jikseb il-maġġoranza fil-lokalità tal-Imtarfa

Il-Partit Laburista kiseb il-maġġoranza għal darb’oħra fil-lokalità tal-Imtarfa. Għal din il-lokalità ġie elett Sindku Daniel Attard, b’Kyle Mifsud ġie elett

19:43 – Fil-lokalità tax-Xgħajra l-Partit Laburista kiseb il-maġġoranza fejn ġie elett Neil Attard bħala Sindku.

F’isem il-PL ġew eletti tliet kandidati filwaqt li f’isem il-PN ġiet eletta kandidata waħda.

Il-PL b’maġġoranza fix-Xgħajra

Fil-lokalità tax-Xgħajra, il-Partit Laburista kiseb il-maġġoranza fejn elett Sindku hu Neil Attard. Għall-PL ġew eletti erba’ kandidati filwaqt li f’isem il-PN ġiet eletta kandidata waħda. F’isem il-PL ġew eletti Rosabelle Pulis, Anthony Valvo, u Raymond Camilleri, filwaqt li f’isem il-Partit Nazzjonalista ġiet eletta Doris Borg.

19:35 – Il-PL kiseb il-maġġoranza fil-Qala Għawdex.

Il-PL b’maġġoranza fil-Qala

Il-Partit Laburista kiseb il-maġġoranza fil-lokalità tal-Qala. Paul Buttigieg ġie elett Sindku għal din il-lokalità. Il-PL eleġġa tliet kandidati filwaqt li l-PN eleġġa żewġ kandidati. F’isem il-PL ġew eletti Paul Buttigieg, John Cefai u Joseph Buttigieg filwaqt li f’isem il-PN ġew eletti Karl Buttigieg u Valerie Mejlak Cassar.

Il-PN kiseb il-maġġoranza fis-Swieqi fejn elett Sindku hu Noel Muscat.

F’isem il-PN ġew eletti seba’ kandidati u f’isem il-PL ġew eletti żewġ kandidati.

19:15 – Il-Partit Laburista kiseb il-maġġoranza fil-lokalità tal-Furjana fejn eletta Sindku f’isem il-PL ġiet eletta Davina Sammut Hili.

Il-Partit Laburista b’maġġoranza fil-Furjana

Fil-lokalità tal-Furjana, il-Partit Laburista kiseb il-maġġoranza. Eletta Sindku għal din il-lokalità nsibu lil Davina Sammut Hili.

Il-PL kiseb ukoll maġġoranza fil-lokalità tal-Birgu b’erba’ kandidati eletti f’isem il-PL u kandidat wieħed ġie elett f’isem il-PN.

Il-PL b’maġġoranza fil-Birgu – John Boxall elett Sindku

Il-Partit Laburista kiseb il-maġġoranza fil-lokalità tal-Birgu. John Boxall ġie elett Sindku. Il-Partit Laburista eleġġa erba’ kandidati filwaqt li f’isem il-PN ġie elett kandidat wieħed. F’isem il-PL insibu lil John Boxall, Christopher Cassar, Trevor Mizzi u Jason Portelli filwaqt li f’isem il-PN ġie elett Anton Gellel.

18:55 – Il-Partit Laburista kiseb il-maġġoranza fil-lokalità tal-Isla.

Dan hekk kif f’isem il-Partit Laburista ġew eletti erba’ kandidati filwaqt li f’isem il-Partit Nazzjonalista ġie elett kandidat wieħed.

Il-Partit Laburista jikseb il-maġġoranza fl-Isla

Il-Partit Laburista kiseb il-maġġoranza fil-lokalità tal-Isla. Dan hekk kif f’isem il-Partit Laburista ġew eletti erba’ kandidati filwaqt li f’isem il-Partit Nazzjonalista ġie elett kandidat wieħed. Aktar dettalji fil-ħin li ġej…

Il-PN kiseb il-maġġoranza fil-Kerċem fejn Sindku ġie elett Mario Azzopardi.

F’isem il-PN kienu eletti Pawlu Mizzi u Horace Vella, filwaqt li f’isem il-Partit Laburista telgħu Frankie Attard u Elvin Grech.

18:45 – Il-PN kiseb il-maġġoranza fil-lokalità tal-Munxar dan wara li l-PN eleġġa tliet kandidati filwaqt li f’isem il-PL ġew eletti żewġ kandidati.

18:41 – Il-Partit Nazzjonalista kiseb il-maġġoranza fil-lokalità ta’ San Lawrenz fejn f’isem il-PN ġew eletti Noel Formosa, Anthony Formosa, Joseph Michael Cauchi u Carmela Grima filwaqt li George Camilleri ġie elett f’isem il-Partit Laburista.

18:23 – Bħalissa l-aġenti tal-partiti qed jieħdu s-sampling fejn diġà beda l-iscanning ta’ wħud mil-lokalitajiet iż-żgħar. Il-President tal-Partit Laburista, Daniel Micallef, spjega ma’ ONE News kif bħalissa l-aġenti jkunu qed jivverifikaw il-marki fuq il-voti u kif wara li jiġu ċċekjati b’mod manwali, il-voti jibdew jgħaddu fl-iscanner.

Qal li llum hemm numru ta’ lokalitajiet kbar u kif uħud minnhom ikunu viċin ta’ xulxin.

18:00 – Fis-sala tal-għadd tal-voti, il-voti bdew jinqelbu wiċċhom ‘il fuq biex minn hemm jittieħdu għall-iscanning.

Aktar qabel: Beda l-proċess tal-għadd tal-voti fin-Naxxar fejn se jingħaddu l-voti tal-aħħar 23 lokalità.

Il-lokalitajiet huma tal-Furjana, il-Għargħur, Ħal Kirkop, Ħal Luqa, Ħal Qormi, Ħal Safi, Ħ’Attard, il-Birgu, il-Gżira, il-Ħamrun, il-Mosta, il-Munxar, il-Qala, in-Naxxar, is-Siġġiewi, is-Swieqi, ix-Xgħajra, iż-Żebbuġ, l-Imtarfa, l-Isla, San Lawrenz, Santa Luċija u Ta’ Kerċem.

B’hekk illejla jintemm l-għadd tal-voti fil-lokalitajiet kollha f’Malta u Għawdex, tal-ewwel elezzjoni tal-Kunsilli Lokali li qatt saret mal-pajjiż kollu.

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend