FILMAT: Il-PL jirbaħ għall-ewwel darba l-maġġoranza tal-voti fis-Siġġiewi – elett Kurstein Sant Sindku – One News

Notifiki

FILMAT: Il-PL jirbaħ għall-ewwel darba l-maġġoranza tal-voti fis-Siġġiewi – elett Kurstein Sant Sindku

Għall-ewwel darba, il-Partit Laburista kiseb il-maġġoranza tal-voti fil-lokalità tas-Siġġiewi.

Din qed titqies bħala rebħa storika hekk kif il-Partit Laburista rebaħ il-Kunsill Lokali f’70 vot.

Is-Sindku elett hu Kurstein Sant filwaqt li Viċi Sindku ġiet eletta Rodianne Haber.

Fl-ewwel kumment tiegħu, Sant spjega kif din hi kisba storika għall-Partit Laburista u kif minkejja li kienet kisba diffiċli, irringrazzja lis-Siġġiwin kollha li tawh il-fiduċja flimkien mal-kandidati l-oħrajn.

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend