Il-Partit Laburista b'maġġoranza f'16-il lokalità minn 21 | One News

Notifiki

Il-Partit Laburista b’maġġoranza f’16-il lokalità minn 21

Fit-tieni jum tal-għadd tal-voti fin-Naxxar, il-Partit Laburista kompla jikseb rebħiet sinifikanti, tant li rebaħ il-maġġoranza f’sittax-il lokalità oħra.

Min-naħa l-oħra l-Partit Nazzjonalsita żamm biss il-maġġoranza f’erba’ lokalijiet minn xejn anqas minn wieħed u għoxrin lokalità li fihom wasal fi tmiemu l-proċess tal-voti fin-Naxxar.

Matul il-jum tal-Ħamis, il-Partit Laburista eleġġa erbgħa u disgħin kunsillier waqt li l-Partit Nazzjonalista eleġġa sebgħa u ħamsin kunsillier. Fit-tieni jum tal-għadd tal-voti ġew eletti wkoll zewġ kunsillieri indipendenti. 

Il-Partit Laburista mhux biss irnexxielu jżomm il-maġġoranza fil-lokalità ta’ Birkirkirkara, iżda kompla jkabbarha. Dan wara li rebaħha għall-ewwel darba ħames snin ilu.

Il-Partit Laburista żamm ukoll il-Kunsilli Lokali ta’ San Ġwann u tal-Imsida. Il-Partit Laburista kompla jsaħħaħ il-maġġoranza tiegħu f’Marsaxlokk, Ħal Għaxaq, il-Gudja, ir-Rabat, Bormla, tal-Pietà, Ħaż-Żabbar, ix-Xagħra u l-Fgura.

Matul il-jum tal-bieraħ ġew eletti wkoll bosta sindki ġodda fosthom, Wayne Aquilina fil-Kalkara, Maria Sara Vella fil-Gudja, Sandro Craus fir-Rabat, Trevor Fenech f’San Ġwann, Jorge Grech f’Ħaż-Żabbar u Christian Zammit fix-Xagħra Għawdex.

Intant, l-għadd tal-voti fin-Naxxar ikompli llum fil-lokalitajiet tal-Furjana, il-Għargħur, Ħal Kirkop, Ħal Luqa, Ħal Qormi, Ħal Safi, Ħ’Attard, il-Birgu, il-Gżira, il-Ħamrun, il-Mosta, il-Munxar, il-Qala, in-Naxxar, is-Siġġiewi, is-Swieqi, ix-Xgħajra, iż-Żebbuġ, l-Imtarfa, l-Isla, San Lawrenz, Santa Luċija u Ta’ Kerċem.

Biex illejla jintemm l-għadd tal-voti fil-lokalitajiet kollha f’Malta u Għawdex, tal-ewwel elezzjoni tal-Kunsilli Lokali li qatt saret mal-pajjiż kollu.

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend