David Agius ma jeskludix koalizzjoni – One News

Notifiki

David Agius ma jeskludix koalizzjoni

Il-Viċi-Kap tal-Partit Nazzjonalista, David Agius, ma eskludix koalizzjoni ma’ partiti iżgħar.

Dan fl-istess ħin li s-Segretarju Ġenerali Clyde Puli għaddej jgħid kemm kienet ħażina d-deċiżjoni li l-PN jagħmel koalizzjoni ma’ Marlene Farrugia qabel l-elezzjoni ġenerali li għaddiet.

Fil-programm In Depth, meta kien qed jidibatti mad-Deputat Prim Ministru, Chris Fearne, id-deputat David Agius ikkonsla li l-Partit Nazzjonalista huwa t-tieni l-ikbar partit.

Qal li “Jekk tara d-distakk bejn il-PN u l-partiti l-oħrajn hemm distakk enormi. L-ikbar partit Norman Lowell.”

Meta mistoqsi jekk allura jikkunsidrax li ssir koalizzjoni ma’ partiti iżgħar, David Agius ma’ eskluda xejn.

Spjega kif “Jiena fil-politika u kif naħseb jien, jien personali ma neskludi qatt xejn. Tista tkun possibbiltà… Jien miftuħ għal kull tip ta’ ħsibijiet”

Fl-istess programm Agius kellu kliem ta’ stmerrija għal dawk li marru jitkbu fuq facebook dwar il-qagħda fil-Partit Nazzjonalista.

U kien ċar li hemm min mhux jagħti kas l-interess tal-partit.

Qal li “Jekk kulħadd jaħseb fih innifsu allura se jkollok diffikultajiet kbar.”

F’messaġġ dirett lill-membri tal-fazzjoni ta’ Simon Busuttil li marru fuq is-social media għamlu pressjoni fuq cooption, David Agius qal hekk.

Agius qal li “Hemm bżonn nikteb fuq Facebook biex inwassal il-messaġġ tiegħi. Jekk jien għandi problemi fil-familja għandi niktibhom fuq Facebook.”

Kompla billi qal “Ejja noqgħodu pass lura u nħallu l-partit jieħu d-deċiżjonijiet tiegħu għal ġid mhux biss tal-partit.”

Fuq kollox, qal David Agius, il-Partit Nazzjonalista jrid jidħol fil-fond biex jifhem x’inhi l-problema. Għax il-problema mhux bilfors marbuta mal-Kap Adrian Delia fejn qal “Jew il-Kap biss problema. Jew dawk li ma jridux il-kap. Irridu nidħlu iktar in deep.”

 

Ta’ QabelLi Jmiss
F’dan il-blog Aleander Balzan se jkun qiegħed jikteb ħsibijietu dwar temi differenti li jkunu għaddejjin f’pajjiżna; mill-politika għal temi soċjali u oħrajn kontroversjali. Min jaf lil Aleander jaf li huwa dritt għal punt u dak li għandek tistenna f'dan l-ispazju. Huwa gradwa fl-Istudji Ewropej, il-Komunikazzjoni u l-Politika mill-Università ta’ Malta

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend