Omm tinħeles minn akkużi li pruvat iddaħħal id-droga fil-ħabs għal binha – One News

Notifiki

Omm tinħeles minn akkużi li pruvat iddaħħal id-droga fil-ħabs għal binha

Omm inħelset minn kull akkuża li pruvat iddaħħal id-droga lit-tifel tagħha fil-ħabs. Miriam Borg ta’ 60 sena mill-Ħamrun ġiet akkuzatt li pruvat iddaħħal d-droga kannabis lit-tifel tagħha fil-ħabs. Fl-2013 hija bdiet tiffaċċja din l-akkuża wara li binha, Matthew Borg, inqabad b’rezina kannabis fil-ħabs.

Id-difiża argumentat li saru t-tfittxijiet neċessarji fuq l-omm u ma nstabet l-ebda droga jew sustanza fuqha. Għaldaqstant, dan kollu jipprova li l-mara hija innoċenti.

Il-Maġistrat Natasha Galea Sciberras ħelsitha minn kull akkuża.

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend