Nofs il-Ministri tal-kabinett fl-Afrika t'Isfel huma nisa | One News

Notifiki

Nofs il-Ministri tal-kabinett fl-Afrika t’Isfel huma nisa

Il-President tal-Afrika t’Isfel, Cyril Ramaphosa, ħabbar il-kabinett il-ġdid li għall-ewwel darba fl-istorja tal-pajjiż nofs il-ministri huma kollha nisa. F’mossa oħra mhux mistennija, waħda mill-ministri ġejja mill-oppożizzjoni. Ramaphosa ħatar lil Patricia de Lille, politika veterana mill-Oppożiżżjoni bħala l-ministru għall-iżvilupp tal-infrastruttura.

Cyril Ramaphos, li ġej mill-partit tal-Kungress Nazzjonali Afrikan, rebaħ l-elezzjoni fit-8 ta’ Mejju, huwa sorprenda lil kulħadd bl-għażliet tiegħu. Għażla oħra kienet dik li jnaqqas il-kabinett minn 36 għal 28 ministru.

Il-Partit tal-oppożizzjoni Afrikan, l-Encomomic Freedom Fighters stqarr li l-idea li jitnaqqas in-numru ta’ ministri kienet l-ewwel sinjal ta’ diżonesta mill-President għaliex fl-istess waqt huwa żied in-numru ta’ deputati Ministri.

Il-President Afrikan wiegħed li jelimina l-korruzzjoni, iżda, l-korrispondenti politiċi huma mħassba peress li Ramaphosa żamm lil David Mabuza. Mabuza, li huwa alleat tal-eks president Jacob Zuma, jiċħad l-allegazzjonijiet ta’ qtil politiku u f’kuntratti llegali.

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend