Ir-Rabat b'sindku Laburista ġdid u b'kunsillier b'diżabilità | One News

Notifiki

Ir-Rabat b’sindku Laburista ġdid u b’kunsillier b’diżabilità

Ir-Rabat għażel lill-Partit Laburista biex imexxih fil-ħames snin li ġejjin. Sandro Craus kien ikkonfermat bħala sindku, filwaqt li ż-żagħżugħ Matthew Chetcuti ġie elett fil-kunsill lokali. Chetcuti kien wieħed minn numru ta’ kandidati f’isem il-Partit Laburista li għandhom diżabilità.

Fl-ewwel reazzjoni tiegħu, Chetcuti qal li dan il-vot ifisser li r-Rabtin ma ħarsux lejn id-diżabilità tiegħu iżda lejn dak li kapaċi jagħmel.

 

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend