Il-Partit Laburista rnexxielu jżomm il-maġġoranza fil-Kunsill Lokali ta’ Birkirkara, hekk kif ikkonfermat fit-tieni rawnd ta’ għadd ta’ voti tal-elezzjonijiet lokali li saru s-Sibt li għadda.
Joanne Debono Grech kienet ikkonfermata mill-ġdid sindku ta’ din il-lokalità.
Ftit tal-ħin qabel, kien ikkonfermat ukoll li l-Partit Laburista rebaħ ukoll il-Kunsill Lokali ta’ Marsaxlokk.