Ikkonfermata sentenza ta’ għomor il-ħabs lil raġel li sploda bomba biex joqtol lis-sieħba ta’ ħuh u lil uliedha – One News

Notifiki

Ikkonfermata sentenza ta’ għomor il-ħabs lil raġel li sploda bomba biex joqtol lis-sieħba ta’ ħuh u lil uliedha

Il-Qorti tal-Appell ikkonfermat sentenza ta’ għomor il-ħabs fil-konfront ta’ Ronnie Azzopardi, li għadda ġuri u  nstab ħati li sploda bomba fiż-Żejtun bit-tir li joqtol lis-sieħba ta’ ħuh u t-tfal. Izda minflok mietet mara intortament.

Il-Każ imur lura għall-Ġunju tal-elfejn u ħamsa meta Azzopardi kellu xi diżgwid fuq kwistjonijiet ta’ wirt mas-sieħba ta’ ħuh, li kien inqatel f’Bormla fl-elfejn u wieħed.

Azzopardi ma kienx aċċetta li ħuh, magħruf bħala s-Sufu, ħalla kollox fil-wirt lis-sieħba tiegħu u wliedu u għalhekk daħħalha li ried ipattiehilhom qares.

Azzopardi kien ippjana kollox u segwa lis-sieħba, ta ħuħ fiż-Żejtun. Huwa qiegħed il-bomba f’basket tal-plastik maġenb il-karozza tagħha. Dak il-ħin, lemħuh xi nies li kienu qed jarmaw il-bejt għall-festa, bil-mara tinżel biex tneħħi l-borża li ħasbet li kienet taż-żibel maġenb sit ta’ kostruzzjoni ta’ binha.

Il-mara – Therese Grima qalet li fil-qorti li l-borża kienet tqila u fiha rat bħal batterija mqabbda bil-wires. Biex ġarritha sas-sit ta’ kostruzzjoni, sabet l-għajnuna ta’ Angela Bondin li dak il-ħin inżertat għaddejja mit-triq. Wara li poġġew il-borża fil-ġenb, in-nisa waqfu u l-bomba splodiet f’daqqa.

Kawża tal-isplużjoni, Angela Bondin tilfet ħajjitha bil-ġrieħi u Therese Grima qelbet għall-aħjar iżda l-ġrieħi li ġarrbet ikkawżawlha diżabbiltà permanenti.

Azzopardi li baqa’ jiċħad li kien ħati, appella mis-sentenza li ingħata f’ġuri. Izda l-qorti tal-appell ikkonfermat sentenza ta’ għomor il-ħabs fil-konfront ta’ Ronnie Azzopardi.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend