Disfatta oħra għal Adrian Delia – One News

Notifiki

Disfatta oħra għal Adrian Delia

L-Erbgħa filgħaxija l-Kap Nazzjonalista Adrian Delia kellu disfatta oħra meta bdew jingħaddu l-voti tal-kunsilli lokali, fl-ewwel 23 lokalità. Il-Partit Nazzjonalista ġab il-maġġoranza biss f’sebgħa lokalitajiet minn 23, bil-Partit Laburista jirbaħ il-maġġoranza f’sittax-il lokalità, fosthom il-Belt u San Pawl il-Baħar.

Minkejja r-riżultat diżappuntanti, Adrian Delia kellu diżappunt doppju għaliex kandidati favorit tiegħu ma rnexxilhomx jiġu eletti fil-Kunsilli Lokali. F’Ħal Balzan, Adrian Delia kien qiegħed jimbotta lil Andrè Grech, persuna qrib ħafna tiegħu u leali lejh sa minn meta beda t-tellieqa għall-Kap. Malli ġie elett Kap, Delia kien qiegħed jimbotta lil Andre Grech. Saħansittra, Grech imexxi waħda mill-fergħat fi ħdan il-Partit Nazzjonalista.

Fl-attivitajiet tal-Partit Nazzjonalista, Andrè Grech kien jattendi għal kull attività u kien jingħata prominenza kbira mill-midja nazzjonalista. Iżda meta bdew jingħaddu l-voti Andrè Grech ma ġiex elett. Disfatta oħra għall-Kap Nazzjonalista Adrian Delia, li persuna favorita tiegħu, li għen kemm seta’ ma ġiex elett.

Is-sorsi tagħna fid-Dar Ċentrali qalulna li bħal Andrè Grech, l-istess ġralu Frank Psaila fl-elezzjonijiet tal-Parlament Ewropew. Minkejja li Delia kien qiegħed jimbotta lil Frank Psaila, dan ma irnexxielux jiġi elett fil-Parlament Ewropew

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend