17-il Kunsillier mara tal-PL fi 23 lokalità – One News

Notifiki

17-il Kunsillier mara tal-PL fi 23 lokalità

Fl-ewwel 23 lokalità f’Malta u Għawdex fejn ingħaddu l-voti tal-elezzjoni tal-Kunsilli Lokali, kienu eletti sbatax-il kandidata mara f’isem il-Partit Laburista. F’Birżebbuġa ġew eletti żewġ kandidati nisa: Josette Busuttil u Maria Mifsud. F’Ħal Tarxien ġiet eletta Darlene Vella Zammit.

Il-Mellieħa eleġġa żewġ kandidati nisa: Rebecca Bartolo Cutajar, u Annabelle Brincat Stellini. Għall-Qrendi kienet eletta Marion Parnis. Iż-Żejtun kienet il-lokalità li fl-ewwel jum tal-għadd, rat l-ikbar ammont ta’ nisa eletti f’isem il-Partit Laburista – erbgħa li huma s-Sindku Doris Abela, Joan Agius, Stephania Fenech u Dorcas Camilleri. Fiż-Żurrieq ġew eletti tliet kandidati nisa tal-Partit Laburista: is- Rita Grima – li hija wkoll sindku ġdida – Marisa D’Amato, u Tiffany Farrugia.

Fl-Għasri ġiet eletta l-kandidata Liza Mintoff, u fl-Iklin, Bernice Farrugia. Fl-Imqabba, Zerafa Grace Marie, u f’Ta’ Xbiex, Oriana Calleja.

Intant, il-Partit li emmen bis-sħiħ fiż-żgħażagħ tant li tahom id-dritt għall-vot fl-età ta’ sittax-il sena, eleġġa wkoll numru ta’ adoloxxenti fil-Kunsilli Lokali.

Spikka Carlos Zarb f’San Pawl il-Baħar, li huwa l-ewwel żagħżugħ fl-istorja li ġie elett fl-età ta’ sbatax-il sena.

Żagħżugħ ieħor li għadu kemm rifes fix-xena politika, u ġie elett bħala Sindku tal-Imqabba, huwa Omar Farrugia. Bħalu Dario Vella, Sindku ġdid u żagħżugħ għal-lokalità tal-Mellieħa. Biex b’taħlita ta’ nisa u rġiel, żgħażagħ, adulti u anzjani, il-Partit Laburista għandu nies jirrappreżentawh minn kull spettru tas-soċjetà li mistennija jressqu ’l quddiem taħlita ta’ ideat għall-ġid tal-lokalità li jirrapreżentaw.

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend