Marie u Rosie qed ifittxu familja li lesta tħobbhom wara li ġew abbandunati fit-triq – One News

Marie u Rosie qed ifittxu familja li lesta tħobbhom wara li ġew abbandunati fit-triq

Marie u Rosie huma żewġt iqtates ħelwin ta’ seba’ xhur li qed ifittxu familja li lesta tħobbhom b’qalbha kollha wara li ġew abbandunati fit-triq.

Rosie, qattusa ta’ lewn griż, għandha l-vaċċini kollha u hi msewwija, u għandha minkejja li għall-ewwel jaf tistħi madwar nies ġodda, mill-ewwel tibda tfittex l-attenzjoni għal ftit imħabba. Is-sid ideali għal Rosie għandu jkun persuna mingħajr tfal li għadhom żgħar fl-età.

Min-naħa l-oħra, Marie, il-qattusa ġinġrija, hi qattusa kunfidenti ħafna u li  lesta li tagħmel kollox basta tirċievi l-attenzjoni u l-imħabba. Marie għandha l-vaċċini kollha u hi wkoll imsewwija.

Kemm Marie u kif ukoll Rosie spiċċaw abbandunat fit-triq flimkien f’kolonja tal-qtates u issa qed ifittxu familja jew persuna li lesta tħobbhom u tipprovdilhom dak kollu li għandhom bżonn, kemm saqaf fuq rashom u kif ukoll imħabba għall-kumplament ta’ ħajjithom.
Kull min hu interessat li jadotta lil Marie u Rosie jista’ jagħmel kuntatt mas-santwarju; Carers for Stray and Abandoned Felines permezz ta’ imejl fuq; [email protected] jew permezz fuq il-paġna tal-facebook tagħhom billi tagħfas hawn.
Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend