Il-Partit Laburista rnexxielu jeleġġi l-iżgħar kunsillier fl-istorja tal-kunsilli lokali f’Malta. Fl-elezzjonijiet tal-kunsilli lokali tas-Sibt li għadda, Carlos Zarb li għad għandu biss 17-il sena ġie elett fil-Kunsill Lokali ta’ San Pawl il-Baħar li wara ħames snin bi tmexxija Nazzjonalista, reġa’ ntrebaħ mill-Partit Laburista.