Rodney Gatt jirreġistra rebħa fil-kampjonat tad-dinja – One News

Rodney Gatt jirreġistra rebħa fil-kampjonat tad-dinja

Quddiem numru sostanzjali ta’ partitarji Maltin is-sewwieq Rodney Gatt irnexxielu jirreġistra l-ewwel rebħa tiegħu fil-Kampjonat tad-Dinja għal Sewwieqa Professjonali bis-serkin.

Hekk kif il-kompetizzjoni daħlet fit-3 ġurnata tagħha, it-12 il-sewwieq kienu mpenjati f’5 tiġrijiet fil-Korsa ta’ Forneboda ġewwa Lindesberg. L-ewwel tiġrija kienet waħda tal-kallblads li għal Rodney Gatt kienet l-ewwel darba li jsuq dan it-tip ta’ żiemel. F’din it-tiġrija rnexxielu jispiċċa fil-5 post. Kien propju fit-2 tiġrija bid-debba Anne li Rodney Gatt mar dritt fuq quddiem sabiex irnexxielu jikkontrolla sa l-aħħar u joħroġ rebbieħ fost il-ferħ tal-Maltin preżenti. Din id-debba ma kinitx fost il-favoriti għar-rebħ għalkemm Rodney kien fiduċjuż li hi kienet l-aħjar żiemel li kellu xi jsuq f’din il-korsa. Fit-3 tiġrijiet ta’ wara spicca il-ħames, is-sitta u fl-aħħar waħda skwalkfikat.
Għalkemm b’kollox ġabar total ta’ 42 punt wara t-3 ġurnata xorta għadu jokkupa l-post ta’ qabel ta’ l-aħħar b’total ta’ 58 punt. Fil-quċċata tal-klassifika jerġa’ jitla l-Isvediz Ulf Ohlsson b’76.5
Il-kompetizzjoni tkompli fil-korsa ta-Eskilstuna b’5 tiġrijiet oħra t-Tlieta filgħaxija.
Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend