Tifla ta’ tliet snin indarbet gravi wara li lbieraħ filgħaxija waqgħet minn għoli ta’ sular f’Birkirkara.
L-inċident seħħ għall-ħabta tas-6.45 ta’ filgħaxija fi Triq Emmanuel Schembri.
Il-Pulizija tad-Distrett marru minnufih fuq il-post fejn minn stħarriġ preliminari illi sar
irriżulta li għal xi raġuni tifla ta’ 3 snin waqgħat madwar sular.
Fuq il-post issejħet ambulanza li ħadet lit-tifla l-Isptar Mter Dei sabiex tingħata l-kura
meħtieġa.
Aktar tard hija ġiet iċċertifikata li qiegħda ssofri minn ġrieħi ta’ natura gravi.
L-investigazzjoni tal-Pulizija dwar dan l-inċident għadha għaddejja.