Karkariż ta’ 31 sena ndarab gravi wara li waqa’ żewġ sulari f’sit ta’ kostruzzjoni fil-Fgura.
Il-każ seħħ illum, għall-ħabta tal-10:30 fi Triq il-Ħaddiem, il-Marsa.
Il-Pulizija tad-Distrett marru minnufih fuq il-post fejn minn stħarriġ preliminari li sar irriżulta li raġel ta’ 31 sena residenti l-Fgura kien sofra xi ġrieħi wara li waqa’ madwar żewġ sulari waqt li kien qed jagħmel xi xogħol f’sit ta’ kostruzzjoni.
Fuq il-post issejħet ambulanza li ħadet lill-vittma l-Isptar Mater Dei sabiex jingħata l-kura meħtieġa.
Aktar tard huwa ġie ċċertifikat li qiegħed isofri minn ġrieħi ta’ natura gravi.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.