Raġel ta’ 36 sena li joqgħod il-Fgura sofra ġrieħi gravi f’inċident li seħħ ilbieraħ filgħaxija.
L-inċident seħħ għall-ħabta tat-tmienja ta’ filgħaxija fi Triq Aldo Moro, il-Marsa, fejn minn stħarriġ prelimiari rriżulta li seħħet ħabta bejn Mitsubishi Colt misjuqa minn raġel ta’ 40 sena mill-Mosta, u Citroen C4 misjuqa mir-raġel ta’ 36 sena mill-Fgura.
Fuq il-post issejħet ambulanza li ħadet lix-xufier ta’ 36 sena l-isptar fejn ġie ċċertifikat li sofra ġrieħi ta’ natura gravi.