Matul is-sena li għaddiet, il-Gvern mhux biss reġa’ rreġistra surplus fil-finanzi tiegħu ta’ mitejn u ħamsin miljun, iżda kompla jnaqqas id-dejn tant li sal-aħħar tas-sena li għaddiet, l-għafsa tad-dejn naqset bi sbatax-il miljun u tmien mitt elf ewro.
Statistika tal-uffiċċju Nazzjonalista tal-istatistika dwar id-dejn turi li r-rata tad-dejn fl-aħħar erba’ snin naqset bi tmintax fil-mija minn 64 fil-mija tal-Prodott Domestiku Gross fl-aħħar tal-elfejn u ħmistax għal sitta u erbgħin fil-mija bil-Gvern jimmira li jkompli jnaqqas id-dejn għal madwar 40 fil-mija matul din is-sena.
Iċ-ċifri tal-NSO juru li sal-aħħar tas-sena li għaddiet, id-dejn tal-Gvern kien ta’ 5,664 miljun ewro.
Miċ-ċifri joħroġ ukoll li ftit aktar minn 61 fil-mija tad-dejn tal-Gvern huwa ma’ istituzzjonijiet finanzjarji lokali waqt li tlettax fil-mija huwa ma’ istituzzjonijiet finanzjarji barranin.
Id-dejn tal-Gvern mal-pubbliku kien jammonta għal ftit aktar minn 1,367 miljun, erbgħa u għoxrin fil-mija tad-dejn kollu.
Miċ-ċifri joħroġ ukoll li f’erba’ snin, il-garanziji tal-Gvern fuq id-dejn naqsu b’aktar minn 333 miljun ewro, minn elf u erba’ mitt miljun fl-2015 għal elf u miljun fl-aħħar tas-sena li għaddiet.