“Grazzi lill-kandidati kollha tal-Partit Laburista għall-elezzjoni tal-Parlament Ewropew” – il-Prim Ministru – One News

Notifiki

“Grazzi lill-kandidati kollha tal-Partit Laburista għall-elezzjoni tal-Parlament Ewropew” – il-Prim Ministru

Fi tweet fuq Twitter il-Prim Ministru Joseph Muscat irringrazzja lill-kandidati kollha tal-Partit Laburista għall-elezzjoni tal-Parlament Ewropew. 

Dr. Muscat feraħ lill-kandidati Laburisti eletti, Miriam Dalli, Alfred Sant, Alex Agius Saliba u Josianne Cutajar. Qal kif it-tim elett hu wieħed ta’ esperjenzi varja b’enerġija żagħżugħa, li tirrifletti l-ugwaljanza bejn is-sessi u li fih ġiet eletta l-ewwel membru Parlamentari Ewropew minn Għawdex.

Il-Prim Ministru temm il-messaġġ tiegħu billi awgura lill-kandidati eletti tal-Partit Nazzjonalista, Roberta Metrsola u David Casa.

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend