Eletti s-sitt rappreżentanti għal Malta fil-PE | One News

Notifiki

Eletti s-sitt rappreżentanti għal Malta fil-PE

Miriam Dalli, Alfred Sant, Alex Agius Saliba u Josianne Cutajar huma l-erba’ membri Parlamentari Ewropew li ġew eletti f’isem il-Partit Laburista fl-elezzjoni tal-Parlament Ewropew is-Sibt li għadda. Roberta Metsola u David Casa ġew eletti f’isem il-Partit Nazzjonalista.

Fi stqarrija kmieni t-Tnejn filgħodu, il-Kummissjoni Elettorali ħabbret ir-riżultat uffiċjali tal-elezzjoni għall-Membri tal-Parlament Ewropew li saret fil-25 ta’ Mejju. 

Miċ-ċifri uffiċjali ppubblikati mill-Kummissjoni Elettorali joħroġ li l-Partit Laburista kiseb 141,267 vot jew 54.29% tal-voti waqt li l-Partit Nazzjonalista kiseb 98,611 jew 37.90%. Dan ifisser li d-distakk bejn iż-żewġ partiti l-kbar kien ta’ 42,656 vot.

Il-kwota għal din l-elezzjoni kienet ta’ 37, 174 vot.

Il-kandidati eletti f’isem il-Partit Laburista ġabu dawn ir-riżultati fl-ewwel għadd:
Miriam Dalli: 63, 438 vot
Alfred Sant: 26, 592 vot
Alex Agius Saliba: 18,808 vot
Josianne Cutajar: 15,603 vot

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend