Il-Prim Ministru jikkonferma r-raba' siġġu fi Brussell għall-Partit Laburista | One News

Notifiki

Il-Prim Ministru jikkonferma r-raba’ siġġu fi Brussell għall-Partit Laburista

F’ċeleberazzjoni tar-reħba quddiem iċ-ċentru Nazzjonali Laburista fil-Ħamrun, il-Prim Ministru u Mexxej Laburista Joseph Muscat ħabbar li l-Partit Laburista kiseb maġġoranza storika ta’ aktar minn 51,600 vot fl-elezzjoni tal-Parlament Ewropew. Dr Muscat qal li b’dan ir-riżultat, il-Partit Laburista kiseb erba’ siġġijiet fil-Parlament Ewropew.

“Grazzi talli erġajtu kontu miegħi”, qal il-Prim Ministru fiċ-Ċentru Nazzjonali Laburista l-Ħadd, filwaqt li żied jisħaq li dan il-poplu kiteb l-istorja ta’ Malta, għax l-ebda partit jew moviment ma’ kiseb dak li kiseb il-Partit Laburista s-Sibt. B’hekk, qal il-Prim Ministru, Malta u Għawdex urew li dak li jgħaqqadhom huwa ferm akbar minn dak li jifridhom, u li bħala pajjiż, ma rridux firda, iżda għaqda.

Dan filwaqt li ta ħajr lill-poplu Malti u Għawdxi li għall-għaxar darba konsekuttiva, ta l-fiduċja tiegħu lill-Partit Laburista. Spjega li “dan jitfa’ piż ferm akbar fuqna. Se nara li l-Ministri u l-Membri Parlamentari nkunu kollha saqajna mal-art, ma tikbrilnix rasna. Irridu nibqgħu tan-nies, u man-nies u dan huwa il-mument fejn ħaddieħor jaħseb li se nibdew naraw lin-nies dubbien, huwa mument li nappella għall-għaqda Nazzjonali fost kulħadd”.

Hawnhekk il-Prim Ministru żied jirringrazzja lill-poplu kollu tal-appoġġ anke personali li wera miegħu dawn is-snin kollha:

“Napprezza dak li għamiltu ma’ dan il-moviment, u miegħi, ma’ Michelle u wliedi personalment. Hija xi ħaġa li se ngħożżu għal ħajjitna kollha”.

Iżda biex nagħmlu dan, qal Joseph Muscat, irridu noħroġu jdejna lill-ħaddieħor mill-ġdid, għaliex dan mhux il-moviment tal-firda, iżda l-moviment tal-għaqda. Fuq kollox, dan ir-riżultat jimmarka wkoll il-mument li l-poplu Malti qal li ma jridx min imur barra pajjiżu u jaħdem kontra art twelidu. Hawnhekk, il-Prim Ministru Muscat awgura lill-erba’ Membri Parlamentari Ewropej li se jkunu eletti f’isem il-Partit Laburista, “ħidma sfieqa mal-ewwel favur Malta”.

Il-Prim Ministru Muscat estenda l-appell tiegħu wkoll liż-żewġ MEPs tal-Partit Nazzjonalista li għad irid jiġu eletti:

“Issa huwa l-mument li naqilbu l-folja, aħna lesti naħdmu magħkom, kunu lesti taħdmu magħna intom ukoll”.

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend