Kienu għall-ħabta tad-disgħa u tmien minuti li fis-sala tal-għadd tal-voti fin-Naxxar beda l-proċess tal-għadd tal-voti mixħuta s-Sibt fl-elezjonijiet tal-Parlament Ewropea. Għall-ewwel darba, il-proċess tal-għadd tal-voti sar b’sistema elettronika ġdida.
Madwar sagħtejn wara li beda l-għadd tal-voti, fil-kurituri tas-sala tal-għadd tal-voti fin-Naxxar bdiet tiġri l-aħbar li Partit Laburista kiseb maġġoranza b’saħħitha f’dawn l-elezzjonijiet tal-Parlament Ewropew.
Il-konferma ngħatat mill-Prim Ministru Joseph Muscat f’kollegament telefoniku fuq l-istazzjon nazzjonali. Dr Muscat ħabbar l-għaxar rebħa konsekuttiva għall-Partit Laburista taħt it-tmexxija tiegħu.
Bl-aġenti tal-Partit Laburista, malli semgħu l-Prim Ministru jħabbar din l-aħbar tant mistennija, min bit-tbissima fuq fommu u min b’xi demgħa, frott tal-ħidma tul din il-kampanja, ireagixxew b’għajta wahda.
Il-Prim Ministru qal li dan huwa l-ikbar distakk fl-istorja politika Maltija, ikbar mir-rebħa Laburista tal-elf disgħa mija sebgħa u ebrgħin.
Il-Prim Ministru qal li “Dan ir-rizultat huwa ikbar minn dak li kiseb il-Prim Ministru Pawlu Boffa fl-1947, li sal-llum kienet l-ikbar rebħa fl-istorja.”
Izda l-Prim Ministru qal li iridu nibqgħu dejjem saqajna mal-art. U minn t-tnejn se tkompli l-ħidma.
Hemm numru votanti kemm tal-PL kif ukoll tal-PN li ma vvutawx u li rridu nisimgħu wkoll.
Għada filgħodu se nkomplu naħdmu.
Huwa importanti li dan il-messaġġ imur jieħduh anke dawk li issa se jkunu qed jirrapreżżentawna.
Dr Muscat żied jgħid li dan kien ukoll messaġġ tal-għaqda li tirrenja fuq il-firda u ta’ fiduċja fil-Gvern u sfiduċja f’dawk li jaħdmu kontra Malta.