Il-Partit Laburista kiseb l-għaxar rebħa konsekuttiva taħt it-tmexxija tal-Prim Ministru u Mexxej Laburista Joseph Muscat.
Il-Partit Laburista kiseb l-ewwel rebħa tiegħu taħt Joseph Muscat fl-elezzjonjiet tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsilli Lokali tal-2009 meta dakinhar kiseb ftit aktar minn 54 fil-mija tal-voti.
Tliet snin wara, il-Partit Laburista rebaħ l-elezzjonjiet tal-Kunsilli Lokali b’aktar minn 55 fil-mija tal-voti biex sena wara rebaħ l-Elezzjoni Ġenerali tal-2013 b’disktakk ta’ madwar 36,000 vot.
Sena wara l-Partit Laburista taħt it-tmexxija tal-Prim Ministru Joseph Muscat sar l-ewwel partit fil-Gvern li rebaħ l-elezzjonijiet tal-Parlamentar Ewropew b’aktar minn 53.39%. Fl-istess jum, il-Partit Laburista rebaħ l-elezzjonijiet tal-kunsill lokali b’53.45%.
Fit-3 ta’ Ġunju ta’ sentejn wara, il-Partit Laburista reġa’ rebaħ l-elezzjoni ġenerali taħt it-tmexxija ta’ Muscat din id-darba b’distakk akbar minn dak tal-2013, meta kiseb rebħa storika oħra ta’ 55 fil-mija.
Distakk li reġa’ ġie kkonfermat fl-elezzjonijiet tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill Lokali tas-Sibt li għadda b’dik li hija l-għaxar rebħa konsekuttiva u l-akbar rebħa fl-istorja politika ta’ pajjiżna.