Delia qal li bil-passi li ħa l-partit beda jirnexxielu – One News

Notifiki

Delia qal li bil-passi li ħa l-partit beda jirnexxielu

Il-Kap Nazzjonalista Adrian Delia qal li bil-passi li kienu qegħdin jagħmlu flimkien fil-Partit Nazzjonalista beda jirnexxilhom.

Delia rreaġixxa seba’  sigħat wara li sar magħruf li l-Partit Nazzjonalista ġarab l-ikbar telfa fl-istorja politika, u tilef it-tielet siġġu.

Dikjarazzjoni li tfakkarna meta l-eks Kap Nazzjonalista Simon Busuttil kien tilef l-elezzjoni ġenerali, b’maġġoranza ta’ erbgħin elf u kien qal li xegħel fjamma.

Delia qal ukoll li kien hemm defiċit ta’ voti.

Il-Kap Nazzjonalista Adrian Delia kkonferma li se jibqa’ jmexxi l-Partit Nazzjonalista. Anki jekk kien hu li wassal lill-Partit Nazzjonalista għall-ikbar telfa.

Wara, il-Kap Nazzjonalista Adrian Delia mar fis-sala tal-għadd tal-voti, u hemmhekk reġa’ tenna li mhux se jirriżenja.

 

 

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend