Tifel ta’ 13-il sena jinsab fil-periklu tal-mewt wara li kien involut f’inċident waqt li kien qed isuq go-kart fi trakka fil-Mosta.
Il-każ seħħ kmieni dalgħodu, għall-ħabta tan-nofsiegħa fi Triq Durumblat, il-Mosta.
Il-Pulizija tad-Distrett marru minnufih fuq il-post fejn minn stħarriġ preliminari li sar irriżulta li tifel ta’ 13-il sena weġġa’ wara li allegatament ħabat f’xi tyres waqt li kien qiegħed isuq go-kart ġewwa trakka fl-imsemmija lokalità.
Fuq il-post issejħet ambulanza li ħadet lit-tifel l-Isptar Mater Dei sabiex jingħata l-kura meħtieġa. Aktar tard, ġie ċċertifikat li qiegħed isofri minn ġrieħi ta’ natura serja.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.