Raġel ta’ 49 sena residenti l-Gżira tressaq il-qorti akkuzat li ikkaġuna ġrieħi ta’ natura ħafifa fuq is-sieħba tiegħu li jgħixu flimkien.
Il-Maġistrat Joe Mifsud appella lill-koppja sabiex isibu għajnuna ta’ socialworker sabiex jindirizzaw il-problemi ta’ bejniethom.
Bil-mara dehret taħfer lir-raġel u qalet li r-raġel huwa pilastru għaliha.
Il-Qorti ordnat li l-isem l-akkużat ma jistax jixxandar minħabba divjett mill-Qorti.
Huwa ingħata l-ħelsien mill-arrest.
Għall-akkużat deher l-avukat Ryan Ellul.