Il-Pulizija se tressaq lil Liam Debono l-Qorti għall-ħabta tal-11 ta’ filgħodu.
Dan wara li l-bieraħ Debono reġa ġie arrestat wara li nqabad isuq mingħajr liċenzja.
Kien one.com.mt li żvela li Debono ġie arrestat wara li Pulizija pajżan mid-Dipartiment tal-Investigazzjonijiet Kriminali lemaħ lil Debono jsuq karozza tal-għamla Fiat fl-inħawi ta’ Ħal Luqa.
Debono qed jiġi akkużat f’każ separat bl-attentat ta’ qtil tas-Surġent Simon Schembri.