Raġel Marrokin qed issofri minn ġrieħi gravi wara li waqa’ f’sit ta’ kostruzzjoni.
L-inċident seħħ għal ħabta tal-ħdax neqsin għaxra ta’ filgħodu fi Triq Burmarrad in-Naxxar.
Il-Pulizija marru minnufih fuq il-post, fejn minn stħarriġ preliminari rriżulta li r-raġel għal xi raġuni waqa’ xi għoli minn fuq is-sellum.
Ir-raġel ittieħed immedjatament l-Isptar Mater Dei fejn ġie ċċertifikat li qed issofri minn ġrieħi gravi.