Il-Prim Ministru ta’ Malta u Mexxej tal-Partit Laburista Joseph Muscat flimkien mas-sinjura tiegħu Michelle Muscat ftit tal-ħin ilu xeħtu l-vot tagħhom fl-elezzjonijiet tal-Parlament Ewropew u l-Kunsilli Lokali.
B’serenità u bi tbissima vvotaw fil-lokalità ta’ Burmarrad, parti minn San Pawl il-Baħar.
Kienu diversi mezzi tax-xandir li kienu qed jistennew lill-Prim Ministru jidħol jivvota.
Tul il-jum l-ogħla awtoritajiet tal-pajjiż se jixħtu l-vot tagħhom ukoll, fosthom il-President ta’ Malta George Vella fiż-Żejtun kif ukoll iż-żewġ deputati mexxejja tal-Partit Laburista. Il-Kap tal-Oppożizzjoni vvota għall-ħabta tad-9am fl-iskola Primarja tas-Siġġiewi.
one.com.mt jinsab preżenti f’diversi lokalitajiet f’Malta u Għawdex.