Fl-aħħar jumejn, hekk kif it-temp sbieħ, id-dgħajjes mill-Libja, t-Tuneżija, u l-Alġerija żdiedu, bir-riżultat li tnax-il dgħajsa bl-immigranti niżlu fil-kosta tan-nofsinhar ta’ Sqallija, f’Sardinija, u Lampedusa.
Tul il-lejl, il-Forzi Armati ta’ Malta salvaw mitejn u sittax-il immigranti li kienu fil-periklu fuq żewġ dinghis fiż-żona tat-tiftix u salvataġġ ta’ Malta.
L-immigranti ġew trasferiti fuq il-patrol boats P52 u l-P21 tal-Forzi armati ta’ Malta, u mistennija jiddaħħlu dalgħodu.