Il-qtil tal-immigrant ma kienx marbut max-xogħol tal-akkuzati fil-Forzi Armati ta’ Malta.
Xehed dan fil-qorti l-ispettur Keith Arnaud meta bdiet il-kumpilazzjoni taz-zewġ suldati – Francesco Fenech ta’ 21 sena u Lorin Scicluna ta’ 22 sena, akkużati bil-qtil ta’ Lassane Cisse ta’ 42 sena mill-Kosta tal-Avorju u b’attentat ta’ qtil ta-zewġ persuni oħra.
Il-ġimgħa huma arrestaw lil Scicluna u waqt l-interogazzjoni kien hemm miegħu l-avukat u d-deputat nazzjonalista Jason Azzopardi.
L-ewwel ta stqarrija, imbad meta ppresat mill-pulizija qal li kienet gidba. Scicluna ammetta li ma kellux grazzja man-nies suwed u li ġieli jkun aggressiv magħhom.
Fit-tieni stqarrija tiegħu qal li kien hu l-persuna li saq il-karozza f’Ħal Far u miegħu kien hemm Francesco Fenech. Qal li lil Francesco sar jafu mill-armata meta għamlu r-reklutaġġ flimkien.
Dak inhar, fis-sitta ta’ April, Francesco kien qal lil Lorin sabiex imorru joqtlu qattus.
X’ħin Scicluna saq lejn it-Triq tal-Ġebel f’Ħal Far, Francesco kellu l-arma ikkargata f’idejh u x’ħin għaddew minn quddiem Cisse, li kien miexi, spara żewġ tiri.
Scicluna irrabja ma’ Francesco għax ma emminx li kien se jispara fuq bniedem u Francesco qallu biex jaqtagħha għax anki lilu jispara. Qal li ftit wara kien hemm żewġ immigranti oħra u Francesco spara fuqhom ukoll. Minn hemm huwa saq dritt lejn id-dar.
Scicluna qal li sa dak il-ħin ma kinx jaf li qatlu persuna u sar jaf l-Ħadd filgħodu mill-aħbarijiet. Huwa iġġieled ma’ Francesco għax daħlu f’waħda u meta semgħu li l-pulizija qed tfittex Toyota Starlet , ftehemu li jwaħħlu l-mera u jagħmlu l-faxx bit-tape tad-dawl.
Lorin semma l-inċident tal-hit and run fil-bidu ta’ Frar meta miegħu wkoll kien hemm Francesco u semma wkoll inċident ieħor meta qabdu ma’ immigrant li kien qed isuq ir-rota u kisruhielu.
Qal li fi Frar kienu raw immigrant nieżel lejn Birżebbuga, dawn pruvaw iħarsu lejh u dan ma tax kashom. Qal li dawwar il-karozza u f’ħin minnhom waqt li Lorin kien qed jinnavigaw fir-radju u talab lil Francesco jżomm l-istering, Francesco kiser l-istering u tajjar lill-immigrant u hemm inkiser il-windscreen u l-mera.
Qabel arrestaw lil Lorin, il-pulizija kellmu lit-tfajla tiegħu u qalet li kemm Lorin kif ukoll Francesco ma kellhomx grazzja mal-immigranti.
Qalet li dakinhar tal-inċident ma kinetx ma’ Lorin għax kienet ma’ oħta ċ-ċinema u huwa kien nieżel għandha aktar tard wara l-ħdax ta’ billejl.
Il-pulizija sabet li Scicluna kellu erba’ armi tan-nar reġistrati f’ismu fosthom waħda tad-disa millimetri. Qabel ħadu lil Lorin id-Depot, il-Pulizija marret id-dar tiegħu u minn taħt is-sodda ġew elevati l-armi reġistrati f’ismu inkluż dak ta’ 9 millimetri. Izda l-munizzjon li ntuzat fl-inċident remiha l-baħar.
L-Ispettur Arnaud xehed ukoll li dak inhar tad-delitt innotaw li bejnil-ħdas neqsien għoxrin u l-ħdax u kwart ta’ filgħaxija, iż-żewġ mobiles tal-akkużati kienet wieqfa – jew mitfijin jew ma kellhomx reception.
Arnaud qal li Lorin urihom l-istess rotta li l-karozza deheret li ħadet fuq il-filmati tas-CCTV, li għadda minnha għad-dar. Meta mar id-dar huwa tella’ l-arma u mar ħdejn it-tfajla tiegħu.
Fl-awla quddiem il-Maġistrat Ian Farrugia, Francesco Fenech kien emozzjonat.
Is-seduta ġiet sospiza għat-tmienja u għoxrin ta’ Mejju.