Illejla l-aħħar żewġ episodji ta’ Division 7 – tista tarahom mal-atturi fl-Imqabba – One News

Notifiki

Illejla l-aħħar żewġ episodji ta’ Division 7 – tista tarahom mal-atturi fl-Imqabba

Wara waqfa ta’ bosta ġimgħat minħabba programmi marbuta mal-kampanja elettorali, l-aktar drama segwita fil-gżejjer Maltin, Division 7, ser tirritorna llejla għall-aħħar żewġ episodji li se jixxandru wara xulxin. It-telespettaturi ta’ din is-sensiela llejla huma mistiedna biex isegwu dawn l-aħħar żewġ puntati mal-kast u l-krew ta’ Division 7 f’Tal-Ġilju Band Club. L-episodji se jkunu qed jixxandru mit-8.30pm ‘il quddiem fuq ONE.
Division 7 mistenni jirritorna mbagħad fl-iskeda tal-ħarifa, pero x’inhu dak li llejla t-telespettaturi jistgħu jistennew?
Franġisku se jirnexxielu jeħles mill-Madre? Jew din id-darba l-Pulizija għamlu għassa tajba? In-Niċċa qed jistenna l-bomba għal Tereż. Se twassal ir-riżultat li jixtieq hu? Matthew iddeċieda li jiltaqa’ ma’ ommu u jieħu miegħu lil Troy. Kif se jmur dan l-appuntament wara dawn is-snin kollha ma jitkellmux? Kurżita oħra hija r-ritorn ta’ Ġanni u Salvu. X’se jkunu qegħdin jagħmlu din id-darba?
Dawn l-aħħar żewġ puntati ċertament li kienu bosta karattri li qanqlu interess, fosthom dak ta’ Christine, it-tifla ta’ Marianna, il-fattiga ta’ Franġisku. Dehret f’xena waħda biss u ntbaħna li Franġisku għandu attrazzjoni kbira għaliha. Issa li din ħassret minn man-namrat li kellha, kif se jiżvolġu l-affarijiet bejniethom? Se jirnexxielu Franġisku jirbaħ post f’qalbha? Dawn l-aħħar żewġ puntati tal-lejla huma indikazzjoni ta’ lejn liema direzzjoni sejra l-istorja tagħhom.
Illejla nsiru nafu dwar il-komplott li għaddej minn wara dahar Amir minn Anas u Washak biex tinqatel Julia. Se jirnexxielu Washak iwettaq il-pjan tiegħu, u  jivvendika l-mewt ta’ ħuh Mahmoud?
Division 7 bi produzzjoni ta’ DBA Entertainment, illejla fuq ONE, jew inkella mal-kast u l-krew f’Tal-Ġilju Band Club, fl-Imqabba, mit-8.30pm ‘il quddiem.
Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend