Ħelsien mill-arrest wara li pprova jsuq fuq pulizija mara | One News

Notifiki

Ħelsien mill-arrest wara li pprova jsuq fuq pulizija mara

Ingħata l-ħelsien mill-arrest sewwieq żagħżugħ li pprova jsuq fuq pulizija mara l-Ħadd li għadda f’Bormla.

Kurt David Azzopardi, ta’ tmintax-il sena minn Ħal Qormi, ġie arrestat it-Tnejn li għadda wieġeb mhux ħati li prova jikkaġuna ġrieħi serji, li wettaq offiża kontra uffiċjal tal-pulizija, li falla milli jobdi l-ordnijiet leġittimi tal-pulizija u b’sewqan perikoluż.

Dan fl-istess waqt li kien akkużat ukoll li kiser il-liberta proviżorja li ingħata x-xahar li għadda.

Fix-xhieda tagħha l-Ħamis, l-pulizija xehdet li s-sewqan perikoluż taż-żgħażugħ kważi kkawża ħabta ma’ karozza tal-pulizija.

F’manuvra ta’ malajr, iż-żagħżugħ żied l-ispeed b’tali mod li darab lill-pulizija hekk kif sieqha nqabdet mit-tyre tal-karozza tiegħu.

Il-qorti ppreseduta mill-Maġistrat Claire Stafrace Zammit tat il-ħelsien mill-arrest lil Azzopardi fuq garanzija personali ta’ għaxart elef ewro, filwaqt li ġie ordnat jiffirma kuljum fl-għassa tal-pulizija u li ma jistax joħroġ mid-dar bejn id-disgħa ta’ filgħaxija u s-sebgħa ta’ filgħodu.

Huwa ġie ordnat ukoll biex ma jsuq l-ebda vettura.

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend