Ċifri ppubblikati mill-Uffiċċju tal-Istatistika tal-Unjoni Ewropea juru li matul is-sena li għaddiet Malta kellha s-seba’ l-inqas rata ta’ persuni li kienu mċaħħda mill-aktar affarijiet bażiċi għall-ħajja.
Iċ-ċifri tal-Eurostat juru li l-għadd ta’ persuni b’caħda materjali severa naqsu minn 10.2 fil-mija fl-2013 għal 3% matul is-sena li għaddiet.
Iċ-ċifri juru li b’kollox l-għadd ta’ dawn il-persuni li fost oħrajn ma jkunux jaffordjaw jieklu laħam, tiġieġ u ħut kull jumejn naqsu minn 39,000 fl-2013 għal 14,200 s-sena li għaddiet.
Il-Eurostat qal li l-aktar tliet pajjiżi li għandhom persuni mċaħħda minn materjal sever huma l-Bulgarija, ir-Rumanija u l-Greċja bl-anqas pajjiżi li għandhom nies f’din il-kategorija ta’ faqar huma l-Iżvezja u l-Lussemburgu.