Żagħżugħ ta’ 22 sena ttieħed l-isptar Mater Dei wara li kien involut f’inċident tat-traffiku bil-mutur f’Ħal Qormi.
Il-każ seħħ għall-ħabta tas-7:20 fi Triq il-Ħammieri f’Ħal Qormi meta seħħet ħabta bejn vettura misjuqa minn raġel ta’ 32 sena minn Ħal Qormi u mutur tat-tip Honda misjuq minn żagħżugħ ta’ 22 sena minn Ħal Qormi.
Fuq il-post issejħet ambulanza fejn ħadet lis-sewwieq tal-mutur l-isptar għall-kura meħtieġa.
Il-kundizzjoni għadha mhix magħrufa.