Serba ta’ għoxrin sena ser tintbagħat lura f’pajjiżha wara li fil-qorti ammettiet l-akkużi miġjuba kontriha fosthom serq minn diversi ħwienet f’kumpless f’San Ġiljan u attentat ta’ serq mill-imgħalma tagħha kif ukoll li kienet fil-pussess tad-droga kannabis.
Peress li l-imputata rritornat l-oġġetti misruq, il-Maġistrat Monica Vella tat sentenza ta’ sentejn ħabs sospiżi għal erba’ snin.