F’Ġunju li ġej il-Qorti ser tiddeċiedi dwar jekk għandiex tagħti l-benefiċċju tal-ħelsien mill-arrest lil Pakistani Aftab Prince ta’ 36 sena.
L-Imputat li jaħdem bħala infermier huwa akkużat bi stupru ta’ mara Pakistana mill-komunità tiegħu.
Allegatament dan l-abbuż dam għaddej għal tmien xhur sħaħ. Jidher li hija ġiet Malta xhur qabel ma’ seħħ l-allegat każ wara li allegatament ħalset lill-imputat talli sabilha xogħol bħala fattiga.