Żagħżugħ ta’ 17-il sena minn Ħal Qormi weġgħa gravi u qiegħed fil-periklu li jitlef ħajtu wara li waqa’ madwar tlett sulari f’sit ta’ kostruzzjoni f’Ħ’Attard.
Il-każ seħħ għal ħabta tal-għaxra tal-Erbgħa, meta kien qed jagħmel xi xogħol f’sit ta’ kostruzzjoni fi Triq il-Ħafur, Ħ’Attard.
Iż-żagħżugħ ittieħed l-isptar Mater Dei u dwar dan il-każ infetħet inkjesta, immexxija mill-Maġistrat tal-Għassa Dr Natasha Galea Sciberra li ħatret diversi esperti biex jgħinuha fl-inkjesta.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija dwar dan il-każ għadhom għaddejjin.