Żagħżugħ ta' 17-il sena fil-periklu tal-mewt wara li waqa' tlett sulari f'Ħ'Attard | One News

Notifiki

Żagħżugħ ta’ 17-il sena fil-periklu tal-mewt wara li waqa’ tlett sulari f’Ħ’Attard

Żagħżugħ ta’ 17-il sena minn Ħal Qormi weġgħa gravi u qiegħed fil-periklu li jitlef ħajtu wara li waqa’ madwar tlett sulari f’sit ta’ kostruzzjoni f’Ħ’Attard.

Il-każ seħħ għal ħabta tal-għaxra tal-Erbgħa, meta kien qed jagħmel xi xogħol f’sit ta’ kostruzzjoni fi Triq il-Ħafur, Ħ’Attard.

Iż-żagħżugħ ittieħed l-isptar Mater Dei u dwar dan il-każ infetħet inkjesta, immexxija mill-Maġistrat tal-Għassa Dr Natasha Galea Sciberra li ħatret diversi esperti biex jgħinuha fl-inkjesta.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija dwar dan il-każ għadhom għaddejjin.

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend