Washington illegalizza l-għażla fejn persuni jistgħu jagħżlu li l-katavru jiddikomponi b’mod naturali   – One News

Notifiki

Washington illegalizza l-għażla fejn persuni jistgħu jagħżlu li l-katavru jiddikomponi b’mod naturali  

Washington huwa l-ewwel stat fl-Istati Uniti li llegalizza li persuni jistgħu jagħżlu li l-katavru tagħhom jiddikomponi b’mod naturali fil-ħamrija.

Permezz ta’ din il-liġi, li ġiet iffirmata t-Tlieta mill-Gvernatur Jay Inslee, persuni għandhom l-għażla li wara mewthom, ġisimhom iħalluh jiddikomponi b’mod naturali f’ħamrija. Dan il-proċess huwa meqjus bħala alternattiva oħra għal kremazzjoni u d-dfin, u li qed titqies bħala prattika oħra għaliex l-art għaċ-ċimiterji hija skarsa.

Fi tmien il-proċess tal-kompost, il-familjari jingħataw il-ħamrija li biha jistgħu jagħżlu li jiżirgħu pjanti, ħxejjex u siġar.

Katrina Spade, li ħadmet biex tiġi fis-seħħ din il-liġa, qalet li b’din l-alternattiva se jitnaqqas b’mod sinifikanti l-emissjonijiet tal-karbonju kif ukoll l-użu tal-art.

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend